Stqarrija Għall-Istampa (Right of Reply taħt l-Artiklu 21 tal-Att Dwar l-Istampa)

  • Stqarrija Għall-Istampa (Right of Reply taħt l-Artiklu 21 tal-Att Dwar l-Istampa)

    Stqarrija Għall-Istampa (Right of Reply taħt l-Artiklu 21 tal-Att Dwar l-Istampa)

    B’reazzjoni għal dak li deher fuq l-Orizzont ta’ nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju 2016, fl-artiklu ta’ Jake Azzopardi, rigward il-każ tal-Kuntistabbli Dingli, L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) tixtieq tippreċiza illi:
    – Dan l-artiklu huwa intenzjonat sabiex joskura l-pożizzjoni tal-President tal-MPA, l-Ispettur Malcolm Bondin, li dak iż-żmien li seħħ il-każ li dwaru sar l-ilment quddiem il-Grievances Unit kien spettur fuq il-lokalita’ ta’ Ħal Qormi.
    – Azzopardi jirraporta illi r-raġuni li tħalliet barra indikazzjoni li Dingli kien kuntistabbli hija stramba u mhiex ċara. Saħansitra qed jipprova jati x’wieħed jifhem illi dan sar intenzjonalment sabiex jikkaġuna ħsara lil Dingli.
    – Tajjeb illi wieħed jiċċara illi ma kienx l-Ispettur Bondin li daħħal ir-rapport li qed jirreferi għalih il-ġurnalist, u li għall-kuntrarju ta’ dak li ġie rrapurtat, fir-rapport li l-ispettur Bondin għamel lis-superjuri tiegħu dwar l-istess każ huwa kien indika, ċar u tond, illi Dingli kien kuntistabbli.
    – Apparti dan, l-Ispettur Bondin kien ġie trasferit għall-għassa ta’ San Ġiljan ftit ġimgġat wara dan il-każ, u għalekk ma kien baqgħalu l-ebda nvolviment ma’ dan il-każ. – Mhux minnu li f’każijiet bħal dawn normalment issir xi rakkomandazzjoni pożittiva mill-Ispettur investigatur.7
    – L-inkjesta dwar dan il-każ għadha mhiex konkluża. Għaldaqstant, informazzjoni dwar dak li ntqal minn Dingli fix-xhieda tiegħu ma tistgħax tinħareġ sabiex wieħed ikun jista’ jispjega eżattament il-fatti tal-każ kif ġraw skont ix-xhieda ta’ Dingli stess.
    – Jekk ma kien hemm l-ebda ħsieb malinn f’dak li ntqal, żgur li kienet allegazjoni ta’ persuna irresponsabbli li naqas milli jivverifika l-fatti kollha qabel jirraporta dan il-każ.
    – L-MPA tiddeplora bil-qawwa kollha dak li qal il-President tal-POU-GWU, Sandro Camilleri, li qed jipprova jassoċja x-xogħol tal-MPA mal-politika partiġġana. Kummenti bhal dawn ma jissarrfu fl-ebda ġid, anzi, jekk b’xi mod jassoċja l-ħidma tal-unions ma’ xi partit politiku jkun qiegħed jagħmel l-akbar ħsara lill-membri tal-Korp li qatt tista’ ssir. Hu stess kien delegat tal-MPA fl-istess perjodu meta seħħ dan il-każ u qatt ma ressaq l-ebda lment f’dan ir-rigward, u l-anqas Dingli nnifsu qatt m’avviċċina lill-MPA dwar dan il-każ.
    – L-MPA ma tistgħax tifhem kif il-General Workers Union qed taċċetta li jsiru dawn it-tip ta’ kummenti taħt il-kappa tagħha.
    Illum iż-żminijiet inbiddlu u l-MPA m’għadhiex biss assoċjazzjoni, iżda ħadet l-istat ta’ Trade Union awtonoma u ndipendenti mill-Korp tal-Pulizija. Jekk l-MPA bidlet il-mezzi ta’ kif tiġġieled għad-drittijiet tal-membri tagħha huwa biss bis-saħħa tad-dritt fil-liġi introdott is-sena li għaddiet u li ta lok li l-MPA tiġi konvertita fi Trade Union. Dan in-nuqqas ta’ dritt saħansitra kien jimpedixxi lill-MPA milli ssemma leħinha pubblikament jew milli tidher fuq il-media, mingħajr il-permess tal-Kummissarju. Huwa propju għalekk li x-xogħol tal-MPA qed jidher aktar issa milli fis-snin li għaddew.
    Minnkejja dan, l-MPA mhux ser tieqaf milli tkompli tfittex li taħdem id f’id mal-POU-GWU, iżda din l-atitudni mhux xierqa hemm bżonn li titrażżan darba għal dejjem.
    print

    Comments are closed.