Stqarrija Għall-Istampa (Protest Ġudizzjarju dwar is-Siegħat Żejda Maħduma Matul iċ-CHOGM u l-Valletta Summit mill-Fizzjali)

  • Stqarrija Għall-Istampa (Protest Ġudizzjarju dwar is-Siegħat Żejda Maħduma Matul iċ-CHOGM u l-Valletta Summit mill-Fizzjali)

    Stqarrija Għall-Istampa (Protest Ġudizzjarju dwar is-Siegħat Żejda Maħduma Matul iċ-CHOGM u l-Valletta Summit mill-Fizzjali)

    L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) resqet protest ġudizzjarju kontra s-Segretarju Principali Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u kontra s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali għall-ħlas lill-fizzjali tas-siegħat żejda li nħaddmu minnhom b’relazzjoni maċ-CHOGM u l-Valletta Summit f’Novembru tas-sena li għaddiet. Dan sar wara bosta tentattivi mill-MPA sabiex dawn jitħallsu tax-xogħol, liema talbiet ġew injorati.
    Matul dawn l-avvenimenti hemm fizzjali li saħansitra ħadmu aktar minn 150 żejda, għal liema siegħat baqgħu ma tħallsux. Minnkejja li qed jingħad li dan għandu jitqies bħala ‘disturbance’, l-MPA tisħaq illi dan ma kienx każ ta’ ‘disturbance’. Hawn il-fizzjalli ġew dettaljati u obbligati jaħdmu dawn il-ħinijiet.
    Hi mnejn hi ġejja din l-anomalija, l-abbuż hemm bżonn li jieqaf darba għal dejjem. Jekk id-Dokument li jirregola l-kundizzjonijitt tax-xogħol tal-Pulizija mhux ġust, dan għandu jiġi emendat kif xieraq.
    Il-Pulizija huma ħaddiema fis-servizz pubbliku bħal ħaddieħor, u għaldaqstant għandhom minn tal-anqas igawdu mill-kundizzjonijiet bażiċi li jgwadi minnhom kulħadd. Kull xogħol ħaqqu ħlasu – irrispettivament minn xi ddeċieda għal ħaddiem min qed iħaddmu.
    L-MPA qed tkompli twissi lill-gvern sabiex ifittex jieħu l-passi kollha neċessarji u jibda l-proċess ta’ negozjar ta’ ftehim settorjali kif jistabilixxi l-Ftehim Kollettiv tal-2011 – 2016. L-MPA lesta li tkompli tieħu kull azzjoni fil-liġi neċessarja biex id-dritt sagrosant tal-ħaddiem li jinnegozja kollettivament jiġi mħares u mhux ostakolat.
    print

    Comments are closed.