Irridu Dritt ta’ Trejdunjin Sħiħ

  • Irridu Dritt ta’ Trejdunjin Sħiħ

    Irridu Dritt ta’ Trejdunjin Sħiħ

    Minnkejja d-dritt li ingħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija biex jissieħbu fi trejdunjin fi Frar tal-2015, dan id-dritt mhux tgħalli huwa biss imnaqqar mis-sustanza tiegħu, iżda sal-lum għadu ma ssarraf f’xejn.

     

    Id-Dritt li wieħed jingħaqaf fi Trejdunjin

    Id-dritt li ħaddiem jissieħeb fi trejdunjin tal-għażla tiegħu huwa dritt li jsib l-għeruq tiegħu fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda tal-1948. Dan id-dikjarazzjoni f’Artiklu 23.4 tnaqqax ċar illi d-dritt li wieħed jissieħeb fi trejdunjin jinvolvi wkoll in-negozzjar kollettiv – iġifieri id-dritt li llum għandha kull trejunjin li jinnegozjaw ftehim kollettiv jew settorjali f’isem il-ħaddiema li huma jirrappreżentaw.

    Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ukoll tirrikonoxxi dan id-dritt f’Artiklu 11, hekk kif amplifikat u spjegat aħjar fil-Karta Soċjali Ewropea. Taħt Artiklu 6 tal-Karta Soċjali Ewropea, dan id-dritt jinkludi żewġ aspetti, jġifieri munita waħda imma b’żewġ uċuħ. Dawn huma d-dritt tal-azzjoni kollettiva u d-dritt tan-negozzjar kollettiv. Issa d-dritt tal-azzjoni kollettiva jinvolvi wkoll id-dritt ta’ strajk.

    L-istess dritt biż-żewġ aspetti tiegħu illum jinsab imnaqqax ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 27.

     

    Sitwazzjoni f’Malta

    Minnkejja li Malta ilha membru tal-Ġnus Magħquda sa mill-1964, fil-Kunsill tal-Ewropa sa mill-1965 r-ratifikat il-Karta Soċjali Ewropea oriġinarjament fl-1988,  kif ukoll membru tal-Unjoni Ewropea sa mill-2004, sal-lum li ninsabu fl-2017, għadha qed tonqos milli tirrikonoxxi dan id-dritt b’mod sħiħ lill-Pulizija.

     

    Id-Dritt t’azzjoni kollettiva

    Il-liġi preżenti, wara Frar tal-2015, minnkejja li tagħti d-dritt lill-membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex jissieħbu fi trejunjin, din tiprojbixxi li jieħdu xi tip t’azzjoni kollettiva.  Dan ifisser li l-Pulizija jista’ joqgħod iħambaq u jgħajjat biex jiddefendi l-interessi tiegħu, imma ma jistgħax jieħu azzjoni ndustrijali bħal kwalunkwe ħaddiem ieħor, dejjem bl-iskuża li d-drittijiet tal-Pulizija għandhom ikunu limitati.

    Tajjeb li hawn wieħed jagħmel referenza  għall-interpretazzjoni li ngħatat ta’ dan id-dritt mill-European Committee of Social Rights fi ħdan il-Council of Europe. Hawn issir referenza għall-każ European Confederation of Police (EuroCOP) v. Ireland (Complaint No. 83/2012), f’paragrafu 202 (fost oħrajn). Filwaqt li għamel referenza għall-pulizija, il-kumitat irritena (dak li ntqal fil-‘Conclusions I (1969), Statement of Interpretation on Article 6§4, pp. 38-39) illi ‘a denial of the right to strike to public servants as a whole cannot be regarded as compatible with the Charter.

    Iżda minnkejja dan, il-leġiżlatur Malti għadu qed jimpedixxi dan id-dritt lill-Pulizija. Sfortunatament l-MPA ma tistgħax tmur quddiem il-European Committee of Social Rights flimkien mal-EuroCOP (li tagħhom hija membru) bl-istess mod kif ġara fil-każ kontra l-Irlanda.  Dan peress li l-gvernijiet Maltin qatt ma rratifikaw il-protokol addizzjonali għall-Karta Ewropea Soċjali li tipprovdi għas-sistema t’ Ilmenti Kollettivi tal-1995. Din is-sistema tippermetti li trejdunjin tressaq il-każ quddiem il-European Committee of Social Rights fejn l-istat ikun naqas milli jimplimenta sewwa dawn id-drittijiet.

     

    Id-Dritt ta’ negozzjar kollettiv

    Rigward il-faċċata l-oħra tal-munita – id-dritt li wieħed jinnegozja kollettivament – huwa minnu li l-liġi tippermetti li l-Pulizija jistgħu jinnegozjaw ftehim settorjali għalihom. Iżda sal-lum, minnkejja bosta talbiex li l-MPA flimkien mal-POU għamlu lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali, xorta waħda bqajna mingħajr risposta.

     

    Kumment tal-aħħar

    Dan qed iwassal biex miż-żewġ aspetti tad-dritt li wieħed jissieħeb fi trejdjin, id-dritt t’azzjoni kollettiva mhux permess mil-liġi u d-dritt li wieħed jinnegozja kollettivament minnkejja li rikonoxxut mil-liġi, sal-lum fil-prattika mhux qed jiġi rikonoxxut mill-Gvern.  Għaldaqstant, id-dritt li ingħata lill-Pulizija biex jissieħbu fi trejdunjin huwa fir-realta’ ineffettiv.

    L-MPA preżentament diġa għandha żewġ kawżi quddiem il-Qrati Ċivili biex tiddefendi l-interessi tal-membri tagħha u tittama li ma jkunx hemm bżonn t’azzjoni legali oħra biex dan id-dritt bażiku tal-Pulija jkun rikonoxxut u mħares.
    Ritratt:  http://www.osservatorioantitrust.eu/en/wp-content/uploads/2015/03/Class-and-Collective-Action.jpg

    print

    Share on FacebookShare on Google+Tweet about this on TwitterShare on LinkedIn

    Comments are closed.