Konferenza tal-EuroCOP f’Malta

  • Konferenza tal-EuroCOP f’Malta

    Konferenza tal-EuroCOP f’Malta

    Illum qed inħabbru uffiċjalment illi f’Mejju li ġej, il-EuroCOP (Il-European Confederation of Police) għall-ewwel darba se tkun qed tiltaqa’ f’Malta bħala parti mill-laqgħat staġjonali tagħha.

    EuroCOP hija konfederazzjoni li tiġbor fiha 35 unjin tal-Pulizija u organizzazzjonijiet simili fl-Ewropa.  F’dawn l-aħħar xhur il-EuroCOP resqet position papers, u għada qed taħdem fuq oħrajn, quddiem il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew sabiex titlob intervent fuq livell Ewropew, fost oħrajn sabiex ikun hawn standards ta’ taħriġ għall-Pulizija, konsolidazzjoni tad-drittijiet soċjali għall-Pulizija fl-Unjoni Ewropea, saħħa u sigurta’ għall-Pulilzija fuq il-post tax-xogħol, preparazzjoni tal-Pulizija kontra attakki terroristiċi, u miżuri li jipproteġu lill-Pulizija minn atti vjolenti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

    EuroCOP tirrikonoxxi s-sehem attiv tal-MPA fil-ħidma tagħha minnkejja li hija l-aħħar unjin li ssieħbet fiha. Kien propju għalekk li EuroCOP mill-ewwel aċċettaw l-istedina tal-MPA sabiex il-laqgħa tat-3 ta’ Mejju 2017 issir Malta.  Għal din il-laqgħa huwa mistenni li jattendu madwar 65 delegat, li jinkludu kemm rappreżentati tal-unjins imsieħba tal-EuroCOP kif ukoll rappreżentanti t’ istituzzjonijiet oħra.  Il-preżenza tal-EuroCOP f’Malta se tkun qed tgħin sabiex l-MPA tkompli ssemma leħinha biex tiddefendi d-drittijiet tal-Pulizija Maltin, u toħloq pressjoni politika għal aktar azzjonijiet favur il-Pulizija mill-politku.

    Għal din il-laqgħa ġew mistiedna wkoll il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, l-Onorevoli Carmelo Abela, u l-Kummissarju tal-Pulizija.

    Dan kollu jixhed li l-ħidma tal-MPA hija waħda kontinwa u ffukata fuq kull livell. Inħarsu ‘l quddiem biex nassiguraw ħajja diċenti u dinjituża għall-Pulizija, u l-familja tiegħu.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-EuroCOP, żur is-sit elettroniku tagħhom billi tagħfas hawn.

    print

    Share on FacebookShare on Google+Tweet about this on TwitterShare on LinkedIn

    Comments are closed.