L-MPA tirbaħ l-ewwel kawża fil-Qorti li tafferma d-dritt tal-Pulizija li jipparteċipaw f’irkant t’armi u oġġetti oħra

  • L-MPA tirbaħ l-ewwel kawża fil-Qorti li tafferma d-dritt tal-Pulizija li jipparteċipaw f’irkant t’armi u oġġetti oħra

    L-MPA tirbaħ l-ewwel kawża fil-Qorti li tafferma d-dritt tal-Pulizija li jipparteċipaw f’irkant t’armi u oġġetti oħra

    30 ta’ Mejju 2017

     

    Wara sentejn battalja għar-rikonoxximent tad-dritt tal-Pulizija sabiex jitħallew jipparteċipaw f’irkant t’oġġetti maħżuna mill-Korp tal-Pulizija, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili tat raġun lill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) illi l-Pulizija m’għandhomx jiġi mċaħħda milli jipparteċipaw.

    L-istorja tmur lura għall-2015, meta fi żmien il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, kien ser isir irkant t’oġġetti maħżuna mill-Korp, jew għax kienu jintużaw, jew inkella għax kienu maqbuda, mill-Pulizija. Dak iż-żmien kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-Pulizija jiġu esklużi milli ma jitħallewx jipparteċipaw f’dan l-irkant, b’interpretazzjoni skorretta tar-regolament 110 tal-L.S. 174.01. L-MPA kienet minnufih waqfet dan l-irkant permezz ta’ mandat t’inibizzjoni, li ġie segwit b’kawża.

    L-oġġetti li kienu ser jiġi rkantati jinkludu mija u disgha u ghoxrin (129) vettura, dghajjes u spare-parts, kif ukoll ftit anqas minn tmien mitt (800) arma, qabel uzati mill-Korp tal-Pulizija jew fil-pussess tal-Korp u li kienu ser jinbieghu individwalment.  Fost ir-riżultati redikoli li dan l-impediment seta’ jwassal kien illi individwu li jkun wettaq reat kriminali b’arma tan-nar kien ser ikollu l-opportunita’ li jakkwista l-istess arma tan-nar li wettaq ir-reat biha, filwaqt illi Pulizija (jew il-familjari tiegħu) li jkun ħa taħriġ jew ħadem b’arma fil-qadi ta’ dmirijietu, ma jkollux l-istess opportunita’ li huwa wkoll jakkwista tali arma, li għal bosta, jkollha anki valur sentimentali.

    Il-Qorti laqgħet it-talba tal-MPA illi l-interpretazzjoni tal-liġi mill-Kummissarju tal-Pulizija (fl-2015) u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali kienet skorretta, u għalekk ‘ma kellhom ebda raguni tajba biex izommu lill-atturi milli jippartecipaw fl-irkanti msemmija u li l-projbizzjoni mposta minn dawn il-konvenuti dwar il-partecipazzjoni tal-ufficjali pubblici fiz-zewg irkanti msemmija hija abbuziva u llegali fil-konfront tal-istess atturi’.

    Din hija rebħa stortika fejn għall-ewwel darba Qorti tipronunzja dritt tal-Pulizija f’kawża miġjuba minn unjin li tirrappreżenta lill-Pulizija – l-MPA.

    Din hija xhieda ta’ ħidma li tati frott bil-fatti.

     

    Ara s-sentenza billi tagħfas HAWN.

    print

    Share on FacebookShare on Google+Tweet about this on TwitterShare on LinkedIn

    Comments are closed.