Covid19 – Restrizzjonijiet

  • Covid19 – Restrizzjonijiet

    L-MPA hija mħassba b’ammont ta’ inċidenti li qiegħed ikun hemm ġewwa Paceville u f’diversi lokalitajiet ta’ divertiment oħrajn.

    L-MPA tistaqsi kif jista’ jkun, meta suppost, Bars, Clubs, Discoteques u Nightclubs huma magħluqa, skond id-disposizzjonijiet tal-Avviżi Legali 336/2020 u 478/2020, qiegħed ikun hemm incidenti fil-qrib jew saħansitra li jkunu bdew minn stabbilimenti simili.

    Infakkru li l- membri tal-Korp tal-Pulizija qiegħed ikollhom iħabbtu wicchom direttament ma nies li jikkagunaw inkwiet għad-detriment tas-saħħa tagħom. Infakkru li dawn in-nies ħadd ma jaf min huma u ma jkunux jiffurmaw parti mill-ebda ‘bubble’.

    L-MPA qegħda tosserva dawn il-izviluppi mill-qrib u teskludix l-ebda azzjoni sabiex tissalvagwardja s-saħħa personali tal-membri tagħha. Inħeġġu lill-Awtoritajiet koncernati sabiex jassiguraw li l-istabbilimenti li suppost huma magħluqa, effettivament ikunu.

    L-MPA temmen li fi żmien ta Pandemija l-Awtorita tas-Saħħa għandha tara li ma jkollniex liġi għan nies u oħra għal animali.

    https://legislation.mt/eli/ln/2020/478/eng/pdf

    https://legislation.mt/eli/ln/2020/336/eng/pdf

    print

    Comments are closed.