Proposta għal tibdil fil-pensjoni tal-Pulzija.

  • Proposta għal tibdil fil-pensjoni tal-Pulzija.

    Proposta għal tibdil fil-pensjoni tal-Pulzija.

    Illum 16 ta’ Frar 2021, l-MPA kellha laqgħa mal-Onor.Ministru tal-Intern, Sigurta Nazzjonali u Nfurzar tal-Liġi Dr. Byron Camilleri fejn gew diskussi dawn it-temi.

    • Rapid Testing għall-membri tal-Korp.
    • Leave ta’ Kwarantina meta membru jinstab pożittiv għall-Covid-19.

    Fuq dawn il-punti l-MPA tinstab sodisfatta mir-risposti li ingħatat u tifhem diffikultajiet li jista’ jkun hemm. Madanakollu tkompli tħeġġeg sabiex is-soluzzjoni li tinstab, tkun fl-aħjar interess tal-istess membri tal-Korp u/jew il-ħaddiema kollha milquta.

    • Tibdil fil-pensjoni tal-Pulizija (tat-tezor). L-MPA ressqet 2 proposti bil-għan li tiftaħ id-diskussjoni fuq din il-materja li tolqot lill-kull membri tal-Korp mal-għeluq tal-25 sena servizz. Jidher li hemm lok tajjeb sabiex l-proposti mressqa jiġu żviluppati u analizzati iktar fid-dettal.
    • Ġiet ukoll diskussa l-ittra mibgħuta mill-EuroCop il-bieraħ 15 ta’ Frar rigward konsultazzjoni mal-MPA. Filwaqt li l-MPA tirrikonoxxi li saru ammont ta’ laqgħat, dawn fil-maggoranza tagħom saru wara li l-MPA għamlet din it-talba. Aħna nkomplu nisħqu li konsultazzjoni hija dik li ssir qabel, u hija ukoll dik li ssir qabel ikun hemm deċizjoni finali meħuda. L-għan tagħna huwa li ngħinu sabiex il-bidliet li qegħdin isiru, u li hemm bzonn isiru, jiġu mplimentati b’mod iktar uman u bil-partecipazzjoni tar-rapreżentanti tal-ħaddiema, mingħajr l-ebda pretensjoni li għandu jiġi mplimentat dak kollu li nissugerixxu aħna.
    print

    Comments are closed.