Removal of Female Identifier Number (2)

  • Removal of Female Identifier Number (2)

    Removal of Female Identifier Number (2)

    Il-bieraħ saret laqgħa bejn l-Amministrazzjoni tal-Korp u ż-żewġ Unions tal-Pulizija. Wara diskussjoni fit-tul, li daħlet fid-dettall fejn ġew ukoll proposti u evalwati diversi xenarji alternattivi, il-partijiet kollha waslu għal kunsens li l-Korp għandu jipprocedi kif stabbilit f’ Ċirkulari  3/2021.

     

    Għal dan ir-rigward għandha ssir laqgħa (segwu l-mezzi interni tal-Korp għad-data u lok) għal dawk kollha li jixtiequ jirċievu kjarifiki ulterjuri fuq ir-raġunijiet li wassal lill-Korp joħrog dawn l-istruzzjonijiet, u sussegwentement biex il-Unions jaqblu magħhom. Rappreżentant tal-MPA se jkunu preżenti fil-laqgħa għad-disposizzjoni tagħkom ukoll.

    print

    Comments are closed.