Stqarrija: Nuqqas ta’ konsultazzjoni fl-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-Covid-19

  • Stqarrija: Nuqqas ta’ konsultazzjoni fl-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-Covid-19

    Stqarrija: Nuqqas ta’ konsultazzjoni fl-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-Covid-19

    Fil-jiem li għaddew wara ż-żieda alarmanti u inkwetanti fin-numri ta’ każijiet tal-Covid-19, permezz ta’ imejl indirizzata lill-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija saret talba mill-MPA biex jiġu implimentati diversi miżuri ħalli niproteġu lil-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija u lill-familjari kollha tagħhom.

    Wara l-imsemmija imejl, b’koinċidenza permezz ta’ Facebook l-MPA innutat li kienet issejħet laqgħha fejn fiha kienu ser jiġu diskussi l-miżuri kontra l-pandemija tal-Covid. Ġie wkoll innutat li għall-imsemijja laqgħa ħadd mil-Malta Police Association ma kien ġie infurmat u tant ieħor mistieden.

    Wara insistenza min naħa tal-Membri tal-Kumitat, l-MPA bħala rapreżentanta tal-membri tal-Pulizija ġiet mistiedna fejn fl-imsemmija laqgħa ġew diskussi wħud mil-proposti li l-Unjin kienet proponiet. Fil-laqgħa ġie maqbul b’mod unanimu li qabel ma kienu ser jinħarġu fil-pubbliku kwalunkwe miżuri, kellha terġa ssir laqgħa konsultattiva mal-Unjins jew almenu tintbgħat xi forma ta’ komunikazzjoni.

    L-MPA innutat li wara li l-imsemmija laqgħa ġiet fi tmiemha, permezz ta’ diversi imejls u pjattaformi oħra, l-Amministrazzjoni tal-Korp marret kontra  dak li kien miftiehem u mingħajr l-ebda tip ta’ konsultazzjoni proprja bdew jiġu mxandra u implimentati diversi miżuri fosthom dawk proposti mil-MPA.

    L-Malta Police Association filwaqt li tinsab favur kull tip ta’ miżura mħabbra favur l-membri tal-Korp tal-Pulizija, ma tistax ma tesprimix id-diżappunt u fl-istess ħin id-disaprovazzjoni tagħha bil-mod kif qegħda tiġi trattata l-istess unjin fejn f’diversi istanzi qegħda sservi bħala entita ta’ konvenjenza u mhux bħala rappreżentanta tal-maġġoranza tal-membri tal-Korp kollhu.

     

    Il-Kumitat Ezekuttiv

    12/03/2021

    print

    Comments are closed.