Eżenzjoni limitata għall-membri mill-ħlas tac-CVA.

  • Eżenzjoni limitata għall-membri mill-ħlas tac-CVA.

    Eżenzjoni limitata għall-membri mill-ħlas tac-CVA.

    Qegħda ssir referenza għat-talba li għamlet l-MPA, lill-Bord tac-CVA,  f’isem diversi membri stazzjonatli l-Belt Valletta sabiex ikollhom 36 siegħa fil-ġimgħa ezenti mill jħallsu c-CVA stante li minħabba n-natura tax-xogħol tal-Pulizija, kif ukoll ċerta shifts u attivitajiet, huwa mpossibbli li jintuża trasport pubbliku u allura dawn ma għandhomx triq oħra ħlief li jużaw il-vettura tagħhom. Diġa hija sitwazzjoni gravi li dawn iridu jużaw il-vettura tagħhom mingħajr kumpens, iżda jridu ta’ kuljum iħallsu c-CVA.

     

    Din it-talba ġiet rifjutata.

    Aħna nistaqsu, għalfejn skond S.L.65.31, membri parlamentari jista’ jkollu vettura waħda f’ismu li hija eżenti, u l-Pulizija ma jistax ikollhom imqar 36 siegħa fil-ġimgħa eżenti minn dan il-ħlas.

     

    L-MPA titlob li jsir tibdil sabiex isir it-tibdil neċessarju fil-Ligi sabiex tiġi permessa din l-eżenzjoni limitata.

    print

    Comments are closed.