Dritt ta’ Strajk

  • Dritt ta’ Strajk

    Dritt ta’ Strajk

    l-MPA kitbet formalment lill Gvern sabiex minnufieħ jibdew diskussjonijiet sabiex il-membri tal-Korp jingħataw id-dritt ta’ Strajk.
    L-artikolu 67A(2)(b) ta’ KAP452 tal-liġijiet ta’ Malta jgħid bl-aktar mod ċar illi trade union li tirrappreżenta membri ta’ forza dixxiplinata ‘ma jkollha l-ebda dritt li tieħu xi azzjoni oħra fil-forza dixxiplinata bi ħsieb ta’ tilwima jew biex din it-tilwima titmexxa ’l quddiem’.
    Għalhekk huwa ċar illi l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet illi jkun hemm projbizzjoni sħiħa u assoluta fuq id-dritt ta’ dawn it-trade unions illi jagħmlu azzjoni industrijali bħalma huwa strajk.
    Dan tassew jistona meta moqri fid-dawl ta’ dak li rrisolva l-Kumitat tal-Ministri fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa nhar it-2 ta’ Dicembru 2013 fil-każ ‘European Confederation of Police (EuroCOP) v. Ireland (Complaint No. 83/2012), fejn ġie konkluż illi:
    ‘there is a violation of Article 6(4) of the Charter on grounds of the prohibition against the right to strike of members of the police’.
    Għalhekk, l-MPA tistenna li l-Gvern jemenda l-Liġi mingħajr dewmien u ma jkomplix jikser id-drittijiet tal-membri tal-Korp.
    print

    Comments are closed.