Policy SOP-HRD u l-SDA

  • Policy SOP-HRD u l-SDA

    Policy SOP-HRD u l-SDA

    Il-bieraħ saret laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija, flimkien ma diversi uffiċjali tal-Korp,is-Segretarju Eżekuttiv u l-Konsulenti tal-MPA s-Sur Gejtu Vella u Dr. Andrew Grima. Din il-laqgħa kienet kordjali u li fiha ġew konklużi punti li ilhom fuq l-agenda għall xi żmien.

     

    Punti;

     

    1) SOP-HRP

    Dan il-punt ilu għall-dawn id-diversi xhur jiġi diskuss stante li l-MPA ma qablitx mal-capping impost fuq il-membri tal-korp, u ċioe massimu ta 150 siegħa overtime (inlkluż) supplementary duties. Il-Working Time Directive tagħti direttivi ċari dwar is-siegħat ta’ mistrieħ li ħaddiem għandu jkollu. Dawn meta jinħadmu b’somma matematika li mhix ikkumplikata, ma jikkombinawx mar-riżultat li ħareġ biħ il-Korp tal-Pulizija fil-policy SOP-HRP.

     

    L-MPA tinstab sodisfatta li nstabet soluzzjoni amikevoli sabiex dan id-diżgwid jiġi riżolt. Inħeġġu lill-kulhadd sabiex josserva l-obbligi legali imosti mill-istess Liġi rigwardanti l-ħinijiet ta’ mistrieħ.

     

    l-SOP għandha tiġi emendata.

     

    2) Special Duty Allowance;

     

    L-MPA irċiviet diversi lmenti minn membri li kellhom din l-allowance maqtugħa stante li nbidlet in-nomenklatura tax-xogħol tagħom. Għalhemm ċerta ristrutturar kien meħtieġ, xi membri setgħu ntlaqtu hażin. Stante li din hija materja nterna u mhix ix-xewqa tagħna li ssir pubblika, dawk li jixtiequ iktar dettalji jistgħu jgħamlu kuntatt magħna jew jistennew li ssir komunikazzjoni magħhom.

     

    MPA Submission re SOP HRP

    print

    Comments are closed.