Testijiet tad-droga, alkohol u oħrajn fuq membri tal-Korp tal-Pulizija.

  • Testijiet tad-droga, alkohol u oħrajn fuq membri tal-Korp tal-Pulizija.

    Testijiet tad-droga, alkohol u oħrajn fuq membri tal-Korp tal-Pulizija.

    Il-Malta Police Association qegħda tagħmel referenza għall-Artikolu 8 tal-Abbozz legali numru 200 li bħalissa qieħed quddiem il-Parlament sabiex permezz tiegħu, jiġi emendat Artikolu 13 tal-Kapitlu 164 tal-liġijiet ta’ Malta.

    Din l-emenda tinkludi;

    8. Fis-subartikolu (2) tal-artikolu 13 tal-Att prinċipali, minnufih wara l-kliem “testijiet fiżiċi” għandhom jiżdiedu l-kliem “u test tal-awrina għall-iscreening ta’ droga jew alkoħol, jew xi test simili ieħor,”

    L-MPA ma tistax tifhem kif testijiet daqshekk sensittivi, ġew impoggija f’emenda daqhekk sempliċi, mingħajr l-ebda dettall kif ukoll distinzjoni bejniethom.

    Għalkemm l-MPA taqbel mat-testijiet ta’ droga għaliex din hija llegali, l-alkohol ma hux u allura jrid ikun hemm parametri ċari ta’ x’inhu l-limitu li ma għandux jinqabeż. L-MPA ma tistax tifhem it-tifsira ta ‘jew xi test simili ieħor’ u allura tibża li dan kollu jista’ jwassal għal diskrezzjoni miftuħa għall interpretazzjoni suġġettiva u  li minnha nnifisha tista’ tirriżulta f’abbuż fuq xi membri.

    Għalhekk l-MPA qegħda titlob li flimkien ma dawn l-emendi, jiġu ukoll minnufieħ maħruġa regolamenti ċari rigrawdanti l-limitu permessibbli, fuq min u meta jistgħu jsiru dawn it-testijiet.

    print

    Comments are closed.