Tindif tal-propjeta tal-Korp.

  • Tindif tal-propjeta tal-Korp.

    Tindif tal-propjeta tal-Korp.

    L-MPA tilqa l-aħbar illi minn Lulju 2021, il-membri tal-Korp mhux sejrin jibqgħu inaddfu huma l-estate tal-Korp tal-Pulizija, iżda kif inhu xieraq, sejrin jitqabbdu persuni apposta li ma jkunux membri tal-Korp.

     

    Sfortunatament, għall darb’oħra l-MPA tinnota li fil-Korp, idejn il-leminija ma tafx x’qed tagħmel l-idej xellugija.

     

    Dan is-suġġett ilu jiġi diskuss bejn l-MPA u l-amminstrazzjoni għall dawn l-aħħar xhur, fejn għalkemm l-MPA fehmet id-diffikultajiet, il-membru individwali tal-korp ma setax jibqa jiġi trattat bħala de-facto cleaner u ta’ kuljum, qabel jibda d-doveri propja tiegħu, jrid inaddaf. Għalhekk l-MPA tgħat sal 21 ta’ Ġunju ċans sabiex tinstab soluzzjoni intermin sakemm jingħata l-kuntratt finali.

     

    Tant kemm hu hekk, illi hemm laqgħa skedata għat 18 ta’ Gunju 2021 sabiex jigi diskuss dan il-punt. Minkejja li hemm din il-laqgħa, il-Korp xorta deherlu li jinjora totalment il-Union u jinforma b’dan l-iżvilupp, li kien kostrett jieħu.

     

    Il-Union xorta sejra tattenti din il-laqgħa għaliex aħna dejjem nixtiequ li l-affarijiet jissolvew bi ħbiberija, iżda sejra zzomm mad-data tal-21 ta’ Ġunju 2021 sabiex tieħu l-azzjonijiet neċessarji.

     

    Ma jistax ikun li wara diversi drabi fejn ressaqna għall attenzjoni l-mod ħażin ta’ kif qegħdin isiru l-affarijiet, ix-xogħol kollu li għamlet il-Union jintesa, sempliċiment għax xi ħadd iddeċieda li joħrog b’din l-aħbar qabel saret il-laqgħa magħna.

     

    Tindif tal propjeta tal Korp emails

    print

    Comments are closed.